![Festa Ilma - Ħaż-Żebbuġ](https://www.islandbebe.com/wp-content/uploads/2024/08/456334962_841842497931147_6721631296894870798_n.jpg)
ngħaqdu magħna għal siegħat ta’ divertiment f’ Festa Ilma fl-14 ta’ Settembru fil-pjazza ta’ Ħaż-Żebbuġ mis-6.30pm sat-8pm waqt Festa Tfal organizzata mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ, għal ħafna logħob u pjaċir garantit għat-tfal kollha bejn it-3 u 12-il sena. Ippreparaw ruħkom biex tiddevertu, tidħku u tipparteċipaw fl-attivitatjiet u l-logħob li se jkollna għal memorja mill-isbaħ! Dan kollu għal donazzjoni ta’ €12.
Attivitajiet: Bouncy Castles bl-ilma, logħob bl-ilma madwar il-pjazza, Foam Party u mużika.
Importanti li t-tfal jilbsu l-malja u żarbun tal-baħar kif ukoll xugaman u tibdila għal wara.
Nota: It-tfal għandhom jiġu mħarsa u akkumpanjati f’kull ħin mill-ġenituri/gwardjani tagħhom. Għal aktar informazzjoni u biex tirriservaw post ċemplu fuq 99466813 jew 99727285 jew imlew il-formola.
https://docs.google.com/…/15w3C1cWk4TkoAoUSzfZamXv…/edit